Tuesday, March 24, 2026

Ħaddiema Libjani jipprotestaw ….ma jridux li jiddaħħal l-Arctic Metagaz

Aqra wkoll

Proprju bħalissa fil-port ta’ Zuwara għaddej imblokk minn ħaddiema u residenti Libjani. Talk News hi informata li għadd ta’ ħaddiema Libjani imblukkaw l-aċċess tal-kumpanija Mellitah Gas.

Għalkemm mhux magħruf eżattament ir-raġuni, sorsi Libjani li tkellmu ma’ Talk News qalulna li dawn il-ħaddiema qegħdin jipprotestaw  għax ma jridux it-tanker Arctic Metagaz li kien attakkat fit-3 ta’ Marzu, jiddaħħal fil-port ta’ Zuwara.

Jidher li l-ħaddiema tal-istess faċilità qegħdin barra l-grada ewlenija.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport