Friday, November 15, 2024

Ħadem bust taż-żagħżugħ li uża t-talent tiegħu biex jiddokumenta mirakli qabel miet bil-leukemia

Illejla ssir l-inawgurazzjoni tax-xbieha Relikwarju

Aqra wkoll

Illejla se tkun qiegħda tiġi inawgurata xbieha Relikwarju tal-Beatu Carlo Acutis għall-Knisja Santa Marija ta’ Ġesù (Ta’ Ġieżu) fir-Rabat Malta b’ħidma mill-artist Adonai Camilleri Cauchi.

Dan qiegħed isir waqt parti mill-preparazzjoni li jinsabu għaddejjin għall-festa ta’ San Ġużepp li tiġi ċċelebrata nhar id-19 ta’ Marzu. Dakinhar se jkun Jum iddedikat liż-żgħażagħ fejn din ix-xbieha se tkun qiegħda tiġi ppreżentata bħala l-mudell ideali.

Kollox jibda fis-6:00 p.m b’quddiesa fil-Knisja Santa Marija ta’ Ġesù mmexxija minn Patri Joseph Magro OFM flimkien mal-Grupp One Nine Three bil-kontribut ukoll tal-Grupp Gifra tal-Ħamrun. Il-Quddiesa se tkun animata mill-Kor taż-Żgħażagħ tad-Djoċesi ta’ Għawdex immexxi minn Dorienne Portelli. Fl-aħħar tal-Quddiesa isir it-Tberik u l-Inawgurazzjoni tax-Xbieha tal-Beatu.

Min kien Carlo Acutis?

Carlo Acutis kien żagħżugħ Kattoliku Ingliż imwieled l-Italja, li minn età żgħira sfrutta t-talenti tiegħu fit-telekomunikazzjoni biex joħloq programm li permezz tiegħu jiddokumenta mirakli ewkaristiċi madwar id-dinja u jipproġettahom fuq websajt li ħoloq qabel miet kawża tal-leukemia.

Huwa ġie beatifikat fl-10 ta’ Ottubru tas-sena 2020, jumejn biss qabel l-14-il sena anniversarju mill-mewt tiegħu.

Ekonomija

Sport