Saturday, October 26, 2024

Ħafna jikkritikaw lil FIGC wara l-eliminazzjoni mill-EURO U21

Aqra wkoll

L-għada tal-eliminazzjoni xokkanti mill-kampjonat Ewropew ta’ taħt il-21 sena, għar-raba’ edizzjoni konsekuttiva t-tim nazzjonali Taljan se jibqa’ barra mil-logħob Olimpiku li se jsir is-sena d-dieħla fl-2024 f’Pariġi.

Kienu bosta kritiċi tal-futbol Taljan u ġurnalisti li kkritikaw it-tmexxija tal-FIGC li naqset ukoll li taċċerta kwalifikazzjoni għat-tazza tad-dinja tas-sena l-oħra.

Ħafna huma tal-fehma li hemm bżonn ta’ tibdila radikali fil-futbol Taljan b’kollox irid jibda mill-qiegħ speċjalment mis-settur taż-żgħażagħ.

Il-kowċ ta’ taħt il-21 sena Paolo Nicolato assuma r-responsabbilta’ għal dak li ġara u skuża lill-partitarji Taljani għal din id-disfatta.

Sport