Fuq Għawdex bħalissa għaddejja maltempata lokalizzata fejn ħafna nies qamu bil-ħsejjes tal-ewwel xita u tkarwit tar-ragħad.
Din il-maltempata se tkun qiegħda tolqot ukoll partijiet minn Malta fil-ħin li ġej. Kien għall-ħabta tal-5.50am meta fuq il-gżira Għawdxija nstema’ l-ewwel tkarwit tar-ragħad.
Skont is-sit Aġġornament tat-Temp għall-ħabta ta’ 00.30am bejn Malta u Sqallija beda tila’ sħab cumulus u kien hemm indikazzjoni ċara li għall-ħabta tas-6.00am dan is-sħab kien se jkun fuq il-gżejjer Maltin.
Ta’ min ifakkar li l-istaġun il-ġdid tax-xita jibda mill-1 ta’ Settembru.