Il-president ta’ Bayern Munich Herbert Hainer jinsab ferm fiduċjuż li d-difensur lemini Joshua Kimmich se jkun qed jiffirma estensjoni fil-kuntratt tiegħu.
Hainer qal li Kimmich ifisser ħafna għat-tim mill-Bavarja u m’għandu l-ebda dubju li se jagħmel dan fil-jiem li ġejjin.
Kimmich hu plejer ta’ 30 sena li hu meqjus bħala wieħed versatili hekk kif kapaċi jilgħab ukoll bħala plejer ta’ nofs il-grawnd. Hu ilu mat-tim mill-Bavarja sa mis-sena 2015 fejn skorja 27 gowl f’287 logħba.