Il-boxer ewlieni Malti Haithem Laamouz rebaħ it-titlu ta’ champion tal-IBO Intercontinental Super Lightweight meta l-Ġimgħa filgħaxija għeleb lill-boxer brittanniku James Flint fi ġlieda li saret f’Doncaster l-Ingilterra.
Laamouz kellu prestazzjoni mill-aqwa u rebaħ il-ġlieda bi skor unanimu ta’ 98-93, 98-92 u 96-94.
Huwa kien ilu l-Ingilterra għal dawn l-aħħar seba’ ġimgħat sabiex jipprepara għall-ġlieda u issa qed iħares b’ottimiżmu lejn il-ġlidiet li se jkun imissu fil-futur.