Friday, September 13, 2024

Hajduk Split jilħqu ftehim ma’ Ivan Rakitic

Aqra wkoll

Il-Kroati ta’ Hajduk Split ħabbru ftehim mal-plejer veteran Ivan Rakitic sabiex jingħaqad magħhom sa minn din il-ġimgħa. Dan tal-aħħar għandu 36 sena u għal dawn l-aħħar sitt xhur hu kien jilgħab ma’ Al Shabab fl-Arabja Sawdija. Hu deher biss tmien darbiet ma’ dan it-tim miljunarju iżda jidher li ma ħassux komdu f’pajjiż minn kontinent ieħor.

Rakitic lagħab ukoll Basel, Schalke 04, Seville u Barcelona. Hu lagħab ukoll 106 logħbiet mal-Kroazja fejn skorja 15-il gowl.

Ekonomija

Sport