Il-plejer ta’ Inter Hakan Calhanoglu qed jiġi segwit sew minn Bayern Munich. Dan tal-aħħar għandu 31 sena u jekk ikollu trasferiment lejn il-Bavarja ma tkunx l-ewwel darba li jilgħab fil-Bundesliga Ġermaniża hekk kif fil-passat libes il-flokkijiet ta’ Karlsruhe, Hamburg u Bayer Leverkusen.
Calhanoglu lagħab ukoll ma’ AC Milan għalkemm fis-sena 2021 ingħaqad ma’ Inter fejn lagħab 118-il logħba u skorja 27 gowl.