Inter huma lesti sabiex iġeddu l-kuntratt tal-midfielder Tork, Hakan Calhanoglu. Dan tal-aħħar jiskadilu l-ftehim man-Nerazzurri fl-2024 iżda hemm ir-rieda li jibqa’ fil-belt tan-naħa ta’ fuq tal-Italja għal iktar snin.
Qabel il-partita mill-UEFA Champions Leagu kontra Porto, Marotta u Ausilio beħsiebhom ikellmu r-rappreżentant tal-plejer u jaslu f’xi forma ta’ ftehim bil-plejer li jkun qed jaqla’ €.5.5 miljun kull sena.
Calhanoglu għandu 29 sena u ilu ma’ Inter sa mis-sena 2021 fejn skorja disa’ gowls f’54 partita.