Il-manager ta’ Chelsea Thomas Tuchel m’għandu l-ebda pjan li jħalli lil Hakim Ziyech u Timo Werner iħallu l-club f’Jannar.
Minkejja li ż-żewġ players kellhom iħabbtu wiċċhom ma’ injuries dan l-istaġun, xorta waħda bdew 13 u 10 partita fil-kompetizzjonijiet kollha rispettivament.
Madankollu, tippersisti l-ispekulazzjoni li mill-inqas wieħed mid-duo jista’ jitħalla jitlaq minn Stamford Bridge fuq bażi temporanja x-xahar id-dieħel.
Peró, minkejja interess minn Borussia Dortmund, huma mistennija jibqgħu mal-club sa tmiem l-istaġun.
Dan għalkemm Tuchel jista’ jkun lest li jikkontempla l-futur tagħhom matul it-tieqa tat-trasferimenti tas-sajf.
Malang Sarr u Ross Barkley jingħad li huma l-uniċi players li potenzjalment jistgħu jħallu lil Chelsea fil-bidu tas-sena.