Monday, November 4, 2024

Ħal Kirkop tilef wieħed mill-aqwa pirotekniċi”

Victor Vella
Victor Vella
Ġurnalist

Aqra wkoll

“Nardu. Hekk konna insibuh. Kemm jien imnikket bil-mewt tiegħu. Lil Nardu ilni nafu żmien. Kien jirsisti ħafna fil-komunità Ġużeppina f’Ħal Kirkop. Kemm irsista biex tellgħu l-maħżen. Ngħid li kien wieħed mill-aqwa pirotekniċi. Kien perfezzjonist.  L-affarijiet iridhom isiru b’mod serju. Ħal Kirkop tista’ tgħid li hu xxukkjat bit-telfa tiegħu. Il-poplu ta’ Ħal Kirkop ħa qatgħa kbira. Nardu kien magħruf fir-raħal. Raġel li d-diskors iqisu. Kien ta’ ftit kliem. Meqjus ħafna f’dak li jagħmel. Persuna umli ħafna. Jgħin lil kulħadd. Ikellmek b’edukazzjoni. Dak hu Nardu. Kellu ħafna virtujiet.”

Ritratt: Unionprint

Dan iddikjarah ma’ talk.mt l-eks Sindku ta’ Ħal Kirkop, Mario Salerno, li kien jaf sew lil Nardu Camilleri, li lbieraħ kmieni filgħodu tilef ħajtu fi splużjoni fil-Kamra tan-Nar ta’ San Ġużepp f’Ħal Kirkop. Nardu Camilleri kellu 64 sena.  

Nardu kellu namra kbira għal-logħob tan-nar

Jitkellem ma’ talk.mt ħabib ieħor ta’ Nardu u li bħalu għal xi żmien kien involut fil-qasam tal-logħob tan-nar. Jgħidilna li “kif issemmi lil Nardu ta’ Ħal Kirkop moħħok imur mill-ewwel fil-logħob tan-nar. Nardu kien magħruf. Għamel żmien kien anke l-licensee tal-Kamra tan-Nar ta’ San Ġużepp. Lil Nardu kont issibu dejjem il-Kamra tan-Nar. In-namra għan-nar kienet kbira wisq fih.” 

Jenfasizza li “Nardu kellu inċident ieħor. Għaxar snin ilu kien ħelisha ħafif f’inċident. In-namra għan-nar żammitu hawn. Baqa’ jaħdem. Kien iħobbu wisq in-nar.”

Sport