Friday, December 13, 2024

“Ħal Qormi jibki waħda mill-isbaħ fjur tiegħu”

Aqra wkoll

Fl-aħħar ħin tħabbret il-mewt ta’ Sonia Muscat Casha – Qormija fejn kienet membru attiv fil-Kummissjoni Attivitajiet tas-Soċjetà Filarmonika Pinto Banda San Sebastjan.

Fuq il-profil tagħhom is-Soċjetà kitbet li “tinsab mnikkta għat-telfa ta’ Sonia Muscat Casha. Lil Sonia żgur li lkoll ser nibqgħu niftakruha għall-Qalb tajba li kellha li kienet tkun ta’ quddiem nett biex tgħin l-għaqdiet kollha tal-Parroċċa.”

Magħhom ingħaqad ukoll Clyde Puli kiteb fuq il-profil tiegħu “mbikkem u xxokjat. Ħallietna Sonya. Ħabiba tal-qalb. Daqs oħti li m’għandiex. Ġenwina. Ferrieħija. Leali, Ħabrieka. Mutur wara l-karriera politika tiegħi.”

Puli qal li ilu jafha ‘l fuq minn 40 sena. “Konna għadna tfal. Sirna ħbieb kbar tal-istess klikka ħbieb li nkunu flimkien. Kienet ferriħija u tħobb ħafna l-festa u l-ispirtu ta’ festa. Ta’ teenager li kont bdejt norganizza d-discos u Sonya kienet tgħini billi tbiegħ il-biljetti ħalli jkollna attendenza tajba. U wara kienet waħda mill-ewwel helpers tiegħi hekk kif semgħet li tħajjart nidħol fil-politika,” tenna l-eks Deputat Nazzjonalista.

Hu temm il-messaġġ tiegħu billi qal li Tilfitek il-festa ta San Bastjan… Tilfek Ħal Qormi. “Serraħ rasek li familtek tibqa’ familti. Issa u fis-siegħa tal-bzonn. Issa mur ferraħ l-anġli Sonya.”

Persuni oħrajn li sellmu lil Sonia kitbu li “Ħal Qormi jibki waħda mill-isbaħ fjuri tiegħu.

Ekonomija

Sport