Tuesday, December 24, 2024

Ħalbiet iżolati tax-xita mbassra għall-ewwel jum tas-sena

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Filwaqt li pajjiżi Ewropej oħra jinstabu fl-eqqel ta’ xitwa qalila, l-Uffiċċju Meteoroloġiku tal-ajruport internazzjonali ta’ Malta qed ibassar temperaturi iktar moderati u ħalbiet iżolati tax- xita għall-Ewwel tas-Sena, iżda t-temp fuq il-Gżejjer Maltin mistenni jisbieħ għall-ewwel ftit jiem ta’ Jannar.

Għaldaqstant fi stqarrija maħruġa ntqal li kull min ħiereġ jiċċelebra l-wasla tas-sena l-ġdida fil-kwiet m’għandux jinsa jilbes ġakketta jew iġorr umbrella miegħu, ladarba xi ħalbiet tax-xita huma mistennija wkoll f’lejliet l-Ewwel tas-Sena. Madankollu, is-smewwiet għandhom jiċċaraw sa tmiem il-ġimgħa, hekk kif qed jiġi mbassar temp fil-biċċa l-kbira xemxi u mirjieħ għas-Sibt u l-Ħadd, rispettivament.

Iktar ma noqorbu lejn tmiem l-istaġun tal-festi għall-2020, nistgħu nistennew temperaturi kemmxejn ogħla minn dawk li ġew irreġistrati matul l-aħħar ġimgħa tal-2019. It-temperaturi għandhom jilħqu massimu ta’ 16°C bejn il-Ħamis u l-Ħadd, u jinżlu sa mhux inqas minn 10°C sa tmiem il-ġimgħa.

Bidu mirjieħ għas-sena l-ġdida se jġib miegħu żiffa ta’ Forza 2 sa 3 mil-Lbiċ li jsir Forza 4 sa 5 min-Nofsinhar sa tmiem il-jum. Ir-riħ mistenni jkompli jitqawwa sal- aħħar tal-ġimgħa, b’riħ ta’ Forza 5 jonfoħ mil-Lbiċ is-Sibt filgħodu li jsir riħ qawwi ta’ Forza 6 mill-istess direzzjoni nhar il-Ħadd li ġej.

Għal aktar aġġornamenti tat-temp, tistgħu żżuru s-sit https://www.maltairport.com/rapport-tat-temp/ jew issegwi l-paġna @maltametoffice fuq Instagram. 

Ekonomija

Sport