Wednesday, December 25, 2024

Ħalbiet tax-xita f’diversi lokalitajiet fix-xahar t’Awwissu

Aqra wkoll

Hekk kif din il-ġimgħa kienet imbassra li ser tagħmel ix-xita fuq il-gżejjer Maltin, illum ġew irrappurtati ħalbiet tax-xita f’diversi lokalitajiet.

Fost dawn, kien hemm Burmarrad, il-Mellieħa u anke Buġibba. Kif juru dawn ir-ritratti li ttieħdu mill-fotografu ta’ Talk.mt, Roger Azzopardi, xi toroq kienu mgħerrqin bl-ilma.

L-Uffiċċju Meterjoloġiku fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta qed ibassar aktar ħalbiet iżolati fil-jumejn li ġejjin. Dan filwaqt li fi tmiem il-ġimgħa meta tkun qed tiġi ċċelebrata l-festa ta’ Santa Marija, it-temp mistenni li jkun xemxi.

Ekonomija

Sport