Sunday, November 3, 2024

Haley Bugeja tagħmila mal-aqwa 21 plejer magħżulin minn ESPN

Aqra wkoll

Il-kumpanija Amerikana ESPN, f’analiżi tal-editur Kathleen McName u bl-għajnuna tal-ġurnalista Sophie Lawson u kontributuri oħrajn ippubblikaw il-lista tal-aqwa 21 plejer femminili, ta’ 21 sena jew iżgħar, li fl-opinjoni tagħhom kienu superjuri fil-grawnd.

Il-Maltija Haley Bugeja rnexxielha tagħmilha fil-15-il post ta’ din il-klassifika. Fost kummenti oħra, ESPN fakkret id-debutt ta’ Bugeja ma’ Sassuolo fl-età ta’ 16-il sena. Iddeskriviet mument glorjuż fil-karriera tagħha meta fl-ewwel logħba tagħha fis-Seria kontra Napoli skurjat żewġ gowls, wieħed minnhom minn azzjoni kompletament personali wara li għelbet lid-difiża u venvnet xutt kontra saqajha biex xorta waħda għelbet lill-gowler ta’ Napoli.

Innutaw li sfortunatament il-Maltija f’dan l-aħħar staġun ftit irnexxielha ssib ix-xibka minħabba injuries li sofriet. Minkejja dan hija kienet imfaħħra għal mod ta’ kif aġixxiet meta ngħatat l-opportunità fil-grawnd, anke b’żieda ta’ assists.

Il-ġurnalista Sophie Lawson innutat ukoll li bil-kontribut ta’ Bugeja, pajjiżna rnexxielu juri titjib fuq livell ta’ kompetizzjonijiet internazzjonali.

Sport