Sunday, November 24, 2024

Ħallas bil-VISA Credit Card tal-BOV u irbaħ biljett għat-Tazza tad-Dinja

Aqra wkoll

Il-Bank of Valletta nieda kompetizzjoni ġdida li se tagħti l-opportunità lil kull min juża l-BOV VISA Credit Card biex jidħol fiċ-ċans li jirbaħ vjaġġ u jattendi għal waħda minn tliet partiti tal-FIFA World Cup Qatar 2022™.

Kull min iħallas permezz tal-BOV VISA Credit Card matul il-perjodu bejn il-11 ta’ Lulju u l-21 t’Awwissu, ikun awtomatikament qed jidħol biċ-ċans li jirbaħ żewġ biljetti tal-ajru, akkomodazzjoni ta’ erbat iljieli u żewġ biljetti jew għal-Logħba tal-Ftuħ, jew għal waħda mill-partiti mir-round tal-aħħar 16 jew saħansitra għall-Finali tal-Ħadd 18 ta’ Diċembru 2022.

Kull tranżazzjoni, irrispettivament mill-ammont, tissarraf f’ċans wieħed u għaldaqstant iktar ma wieħed jixtri u jħallas bil-BOV VISA Credit Cards matul il-perjodu msemmi, iktar ikollu ċans li jirbaħ. Klijenti li se jkunu qed japplikaw għal BOV VISA Credit Card ġdida matul il-perjodu tal-kampanja, wkoll se jkunu eliġibbli ladarba jibdew jagħmlu użu mill-card tagħhom biex iħallsu biha fil-ħwienet.

Waqt it-tnedija tal-Kampanja, is-Sur Franco Xuereb – Kap fit-Taqsima tal-Card
Services u Electronic Banking tal-Bank of Valletta, semma li grazzi għar-relazzjoni li l-Bank għandu ma’ VISA, għal darb’oħra il-cardholders tal-BOV qed jingħataw
opportunità unika li jesperjenzaw l-atmosfera maġika tat-Tazza tad-Dinja, l-iktar
avveniment sportiv segwit madwar id-dinja. Is-Sur Xuereb qal li VISA ilha għal snin twal tikkollabora mal-FIFA u għaldaqstant, il-Bank of Valletta qiegħed igawdi minn din il-kollaborazzjoni billi joffri lill-klijenti tiegħu dan iċ-ċans tad-deheb.

Id-dettalji kollha dwar din il-kampanja kif ukoll it-termini u kundizzjonijiet li japplikaw għall-kompetizzjoni jinsabu kollha fuq is-sit www.bov.com/content/spend-and-win

Sport