Ħallejtna Giovanna ta’ qalbi … int kont il-bastun għalina, hekk stqarret il-preżentatriċi Angela Agius wara li hi tat l-aħħar tislima lil ommha.
Agius kiteb li “ittamajt u tlabt li se tkun tajba, imma l-ħallieq riedek miegħu.” Hi tkompli tgħid li qalbha hija mimlija dieqa u ma tistax timmaġina kif se tgħix mingħajrha.
“Kont dejjem hemm għalina u mhux biss… kulħadd kien iħobbok għax dejjem kont hemm għal kulħadd. Għażiża tiegħu sa mill-bidu int kont hemm għalija, rabbejtni fl-għożża, tlabt għalija u kemm kont tinwieta għalija,” stqarret Angela Agius.
Hi temmet il-messaġġ tagħha billi rringrazzjat lil dawk kollha li ħadu ħsieb ommha fl-aħħar ta’ ħajjithom fosthom it-tobba, infermieri u anke l-istaff tal-ITU fl-Isptar Mater Dei.