Saturday, December 21, 2024

“Ħalluna … niftaħru b’50 fil-mija kampanja imma f’liema stat hi?” – id-Deputat Parlamentari Godfrey farrugia

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Id-Deputat Nazzjonalista Godfrey Farrugia ddikjara fid-diskussjoni dwar l-estimi għal Ministeru tal-Ambjent  li “se nindirizza lill-Prim Ministru. Meta l-Awtorità għall-Ambjent jkollha l-istess drittijiet daqs l-Awtorità tal-Ippjanar, minn hemm l-affarijiet jibdew jinbidlu. L-akbar inġustizzja li teżisti f’Malta bejn lokalitajiet. Hemm Iklin, Ħamrun, San Ġiljan u Furjana fost oħrajn. Hemm inġustizzja ambjentali għax  hemm żieda fit-tniġġis fid-djar tar-residenti ta’ dawn il-lokalitajiet. Dan ifisser mard bħal kanċer u mard respiratorju. Fuq l-immaniġġjar tat-traffiku ma wasalna qatt. Kellna persuna ta’ 31 sena li kienet fl-ITU minħabba mard respiratorju u għax kellha is-sempliċi Covid-19. Fejn hu l-użu għaqli tal-art f’Malta?  Ministru nappellalek jien għandi fiduċja fik. Għandi fiduċja fik li l-azzjoni favur l-ambjent twassalha.”

Ekonomija

Sport