B’Ħidma mill-membri tal-Protezzјoni Ċivili, l-AFM u l-Forzi Armati ta’ Malta, aktar kmieni ġew salvati ħames għaddasa li sabu ruħhom f’diffikultà wara li nġarru ‘l barra minn Wied iż-Żurrieq.
Huwa mifhum li għaddas minnhom ġie salvat mill-ħelikopter tal-Armata u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Dan filwaqt li l-erba’ għaddasa l-oħra ttellgħu l-art qawwijin u sħaħ f’Marsaxlokk b’rhib tal-Protezzjoni Ċivili.
Fi stqarrija mill-Forzi Armati u l-Protezzjoni Ċivili l-operazzjoni ta’ salvataġġ ġiet deskritta bħala waħda diffiċli ferm minħabba l-kurrent qawwi