L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li matul l-aħħar 24 siegħa nstabu ħames każi ġodda ta’ Coronavirus. Min-naħa l-oħra, fiequ wkoll tliet persuni biex issa l-ammont ta’ każi attivi hu ta’ 31 każ.
B’kollox saru 904 swabs matul l-aħħar 24 siegħa, filwaqt li b’kollox saru 78,788 swab.