Sunday, June 15, 2025

Ħames klabbs fl-Italja għadhom bla kowċ

Aqra wkoll

Il-moviment fuq il-bank tas-sostituti tas-Serie A riesaq lejn tmiemu. Igor Tudor ġie kkonfermat bħala kowċ tal-Juventus sal-2027, wara li impressjona fl-aħħar tal-istaġun.

Biss għad hemm ħames timijiet bla kowċ. Fiorentina qed tistenna lil Stefano Pioli, li rrifjuta l-Italja għall-kelma mogħtija lis-sid Commisso. Daniele De Rossi hu favorit għal Parma, waqt li Lecce qed jersqu lejn Di Francesco. Pisa għażlu lil Alberto Gilardino, u Cremonese qed jikkunsidraw lil Marco Giampaolo jew Davide Nicola.

Matul il-bidu ta’ din il-ġimgħa se jkun hemm aktar ċarezza dwar x’se jiġri minn ċerti kowċis u fejn se tkun id-destinazzjoni finali tagħhom.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport