Tuesday, September 24, 2024

Ħames membri mill-istaff tekniku ta’ Aston Villa mneħħija wkoll

Aqra wkoll

Hekk kif tħabbar li Steven Gerrard ġie mneħħi minn kowċ ta’ Aston Villa, miegħu se jitilqu wkoll ħames membri mill-istaff tekniku tal-klabb li ħadmu miegħu kemm kien ilu fit-tmexxija tat-tim. Huwa għalhekk li Gary McAllister, Neil Critchley, Tom Culshaw, Jordan Milsom  u Scott Mason ippakkjaw il-bagalji u se jfittxu avventura x’imkien ieħor.

Sadanittant se jkun Aaron Danks li jmexxi lil The Villains minn fuq il-bank għal-logħba ta’ nhar il-Ħadd li ġej kontra Brentford City.

Sport