Wednesday, December 25, 2024

Ħames miljun persuna fil-lista biex jingħataw ir-raba’ doża fl-Ingilterra

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Is-Servizzi Nazzjonali tas-Saħħa fl-Ingilterra (NHS) ħabbru li miljuni ta’ persuni se jkunu qegħdin jingħataw ir-raba’ doża fil-jiem li ġejjin.

Il-vaċċin se jkun disponibbli għal residenti tal-anzjani, dawk li għandhom minn 75 sena ’l fuq, u dawk l-aktar vulnerabbli minn 12-il sena ’l fuq.

Madwar ħames miljun persuna mistennija jingħataw din ir-raba’ doża, b’madwar 600,000 li qegħdin jiġu mħeġġa jibbukjaw l-appuntamenti tagħhom.

Is-Segretarju għas-Saħħa fil-pajjiż Sajid Javid qal li l-program ta’ tilqim “fenomenali” għen biex ikunu salvati ħafna u ħafna ħajjiet u nbena lqugħ b’saħħtu kontra l-virus li ppermetta li l-poplu jitgħallem jgħix mal-virus.

In-nies se jkunu kkuntattjati skont l-ordni, u ladarba jirċievu l-invit ikunu jistgħu jagħmlu appuntament online jew billi jċemplu fuq il-linja telefonika tal-NHS.

L-adulti eleġibbli għal din it-tilqima se jkunu qegħdin jingħataw doża tal-Pfizer jew Moderna, filwaqt li dawk bejn it-12 u t-18-il sena se jkunu qegħdin jingħataw il-Pfizer.

Ekonomija

Sport