Friday, May 30, 2025

Ħames mużiċisti maqtula fil-Messiku

Aqra wkoll

L-awtoritajiet Messikani qalu li ħames mużiċisti li kienu rrapportati nieqsa fil-belt ta’ Reynosa, qrib il-fruntiera mal-Istati Uniti, inqatlu allegatament minn membri suspettati tal-kartell tad-droga.

Disa’ membri allegati tal-Kartell tal-Golf kienu arrestati fuq suspett ta’ qtil, skont Irving Barrios Mojica, l-Avukat Ġenerali għall-istat Messikan ta’ Tamaulipas.

Ġie rrapportati kif il-mużiċisti – magħrufa bħala Grupo Fugitivo – kienu nħatfu waqt li kienu qed jivvjaġġaw lejn avveniment privat fil-25 ta’ Mejju. Ftit wara, qrabathom irrappurtaw li rċevew talbiet għall-flus. 

L-investigaturi sostnew li qed jaħdmu biex jistabbilixxu motiv għall-qtil. Bħala parti mill-investigazzjonijiet, ġew ikkonfiskati disa’ armi tan-nar u żewġ vetturi.

Il-mużiċisti kellhom bejn l-20 u l-40 sena u spiss kienu jdoqqu f’parties lokali u anke waqt żfin li kien jiġi organizzat. Għadu mhux ċar jekk dan il-grupp kienx fil-mira minħabba l-istil ta’ mużika tiegħu jew jekk kienx maqbud fil-vjolenza li ilha taħkem lil Tamaulipas, fejn il-Kartell tal-Golf għandu preżenza qawwija.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport