Saturday, November 16, 2024

Ħames persuni jitilfu ħajjithom wara li dgħajsa ħabtet ma’ balena

Aqra wkoll

Ġewwa New Zealand ħames persuni tilfu ħajjit­hom wara li dgħajsa li kienu fuqha din inqalbet. Rapporti fuq il-midja qed jgħidu li dan seħħ wara li d-dgħajsa ħabtet ma’ balena.

Abbord din id-dgħajsa kien hemm 11-il persuna u dawn kienu parti minn grupp ta’ osservaturi tal-għasafar. Il-każ seħħ f’Goose Bay qrib il-belt ta’ Kaikōura. Min-naħa tagħhom il-pulizija baqgħu lura milli jispekulaw dwar x’wassal biex din id-dgħajsa tinqaleb, iżda s-Sindku ta’ Kaikōura qal mal-ġurnalisti li s-suspetti huma li din ħabtet ma’ balena. 

Is-Sindku tenna li fil-ħin tal-inċident il-kundizzjonijiet tat-temp kienu perfetti u għalhekk qiegħed ikun eskluż li l-inċident seħħ kaġun ta’ maltemp. Dawk il-persuni kollha li ħelsuha ħafif f’dan l-inċident ittieħdu l-isptar u kollha ġew rilaxxati ftit wara. 

Iż-żona ta’ Kaikōura hija popolari ħafna fost dawk li jħobbu josservaw il-ħajja marittima tant li hemm ħafna kumpaniji li joffru eskursjonijiet biex wieħed imur josserva d-dniefel u l-baleni. Huma jagħmlu dan kemm b’ħelikopters u anke dgħajjes.

Ekonomija

Sport