Dan is-sit jinsab infurmat li ilbieraħ seħħet ħabata bejn żewġ karozzi f’San Pawl il-Baħar. L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8:30 p.m., fi Triq Parades bejn karozza misjuqa minn mara ta’ 22 sena mill-Imsida u karozza oħra misjuqa minn raġel.
Fl-ewwel karozza kien hemm żewġ passiġġiera, raġel ta’ 21 sena minn San Pawl il-Baħar u tifel ta’ sentejn. Fit-tieni karozza kien hemm ukoll passiġġier, żagħżugħ ta’ 21 sena minn San Pawl il-Baħar.
Il-persuni kollha nvoluti ngħataw l-ewwel għajnuna fil-post qabel ittieħdu l-Isptar għal iktar kura.
Il-kundizzjoni tagħhom għadha pendenti.