Monday, September 8, 2025

Ħames persuni mejta f’attakk vjolenti f’Ġerusalem

Aqra wkoll

Attakk armat seħħ dalgħodu fiż-żona ta’ Ramot Junction f’Ġerusalem. Fih, ħames persuni tilfu ħajjithom u aktar minn għaxra oħra sfaw feruti. Erba’ persuni mietu fuq il-post mentri li l-ħames waħda tilfet ħajjitha aktar tard fl-isptar. Il-feruti, fosthom xi wħud f’kundizzjoni serja, ittieħdu b’urġenza lejn diversi sptarijiet fil-belt.

L-agresssuri allegatament kienu Palestinjani mix-Xatt tal-Punent fejn rapporti qalu li kienu armati b’arma magħmula bl-idejn magħrufa bħala “Carlo” submachine gun. Huma twaqqfu minn membri tas-sigurtà u ċivili armati li kienu fil-post.

Il-Prim Ministru Iżraeljan, Benjamin Netanyahu, sejjaħ laqgħa ta’ emerġenza mas-servizzi tas-sigurtà biex jiddiskuti l-pass li jmiss. F’reazzjoni immedjata l-moviment Hamas faħħar l-operazzjoni u sejħilha “att erojiku”.

Dan l-episodju seħħ fi żmien ta’ tensjoni kbira fir-reġjun hekk kif Iżrael għaddej bi gwerra kontra l-Ħamas f’Gaża, gwerra li fil-verità qiegħda tħalli eluf ta’ ċittadini Palestinjani innoċenti mejta. L-attakki ħorox f’dan il-konflitt qegħdin iwasslu għal eskalazzjoni serja.

Artiklu preċedenti

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport