Il-Malta Blackball Federation organizzat it-tieni turnew ta’ kwalifikazzjoni għal Euro 2025 li se jsir fl-Irlanda aktar tard din is-sena. Ilbieraħ intlagħbu ħames finali li minnha ħarġu wkoll ir-rebbieħa li ngħataw id-dritt li jilagħbu mat-tim nazzjonali Malti.
L-iktar finali mistennija kienet dik tal-irġiel bejn Miguel Amato u Dejan Grech b’tal-ewwel li rebaħ 10-7. Amato kien konsistenti tul il-logħba kollha minkejja li Grech ipprova jibqa’ wara l-avversarju tiegħu.
Fil-finali ta’ taħt it-23 sena, Chaylon Castaldi għeleb lil Nordai Desira 9-6 filwaqt li fis-Seniors 40+ Stephen Mangion xejn ma sabha faċli sabiex rebaħ 10-9 kontra Joseph Tabone.
In the Under 15 Final, it was a battle of nerves between Nick Muscat and Dielyn Edwards, with Muscat narrowly clinching a 9-8 win in a match that kept spectators on edge until the final frame.
Fil-Grandmasters ta’ ‘l fuq minn 60 sena, Marcel Micallef għeleb lil Manuel Saliba 8-5.
Finalment, kien hemm finali ferm akkanita mill-kategorija ta’ taħt il-15-il sena hekk kif Nick Muscat jirbaħ lil Dielyn Edward 9-8.