Miktub minn Kenneth Vella
F’idejn Charles Camilleri, Vertige De Chenu rebaħ it-tiġrija ewlenija li saret il-Ħadd fil-għodu fil-korsa tal-Marsa f’Jum l-Għid. Din kienet riservata għal żwiemel tal-klassi Premier fuq distanza twila ta’ 2640m u għamlet parti mid-dsatax -il laqgħa tas-sena fuq tmien tiġrijiet tat-trott. Il-laqgħa inkludiet ukoll it-tliet semifinali mit-Tazza San Franġisk għal żwiemel tal-klassi Copper fuq distanza qasira ta’ 2140m. Minn dawn tnax -il żiemel għaddew għall-finali. Charles Camilleri temm l-aħjar sewwieq b’ħames rebħiet mit-tmienja li ġew organizzati. Mingħajr dubju din kienet laqgħa memorabbli għalih.
Sittax -il żiemel ħadu sehem fit-tiġrija Premier. Charles Camilleri poġġa lil Vertige De Chenu quddiem dawra mit-tmiem. Dan irnexxilu jieħu l-ewwel rebħa tas-sena wara li fl-aħħar metri rnexxilu jikkontrolla l-attakki ta’ Dartagnan Sisu (Mario Fenech) u Gross Weight (Noel Baldacchino). Baron De Majuag (George Grech) daħal fir-raba’ pożizzjoni. Ir-rebbieħ kellu medja ta’ 1.15.7” fil-kilometru.
Fl-ewwel semifinali tal-klassi Copper, General De L’Isac (Cliferty Calleja) li kien għal ħafna ħin quddiem, ċeda f’nofs id-dritta finali. Dan inqabeż minn Gamin De Source (Charles Camilleri) li akkwista l-ewwel rebħa tas-sena. General De L’Isac eventwalment safa’ wkoll skwalifikat. Gibson Desert (Charles Degiorgio), Black Is Black (Andrew Farrugia) u Fanfan Cash (Gian Paul Camilleri) daħlu warajhom f’dik l-ordni.
Kif mistenni, il-favorita Gaia Lucaxelo, ukoll misjuqa minn Charles Camilleri ħadet il-ħames rebħa nfila tagħha fit-tieni semifinali. Din okkupat l-ewwel post tul id-distanza u qasmet il-linja finali l-ewwel b’distakk ta’ tul u nofs minn Likearollingstone (Cliferty Calleja) u Sharif America (Matthew Sammut). Dakota Atout (Michael Mifsud) temm fir-raba’ pożizzjoni.
Fit-tielet u l-aħħar semifinali, attakk mibdi 300m mil-linja finali u fuq in-naħħa ta’ barra wassal lil Givre Nonantais (Cherise Farrugia) biex jieħu r-raba’ rebħa tas-sena. Dan minn Grace De L’Isop (Rodney Gatt), Mundus L.N. (Brian Camilleri) u Gima Tege (Cliferty Calleja).
Ir-rebbieħa kollha
I Tiġrija Klassi Copper. Dist – 2640m. 1. Zenit Karsk (B. Camilleri) Hin – 3.27.3” (1.18.5”) 2. Sebastian’s Angel (J. Farrugia) 3. Glorieux Kyrn (N. Baldacchino) 4. Epris De Foot (J. Zahra)
II Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Estoc Nogentais (C. Camilleri) Hin – 3.23.5” (1.17.1”) 2. Fils Du Soir (J.C. Pace) 3. Wellington (N. Barbara) 4. Crack De Bas (C. Calleja)
III Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Caesarus d’Ela (R. Magro) Hin – 3.21.9” (1.16.5”) 2. Fortuna De Coudde (N. Baldacchino) 3. Mind Your Face (D. Grima) 4. Bottarus (Ch. Degiorgio)
IV Tiġrija. Semifinali Tazza San Franġisk. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Gamin De Source (C. Camilleri) Hin – 2.43.3” (1.16.3”) 2. Gibson Desert (Ch. Degiorgio) 3. Black Is Black (A. Farrugia) 4. Fanfan Cash (G.P. Camilleri)
V Tiġrija. Semifinali Tazza San Franġisk. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Gaia Lucaxelo (C. Camilleri) Hin – 2.44.4” (1.16.8”) 2. Likearollingstone (C. Calleja) 3. Sharif America (M. Sammut) 4. Dakota Atout (M. Mifsud)
VI Tiġrija. Semifinali Tazza San Franġisk. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Givre Nonantais (Cherise Farrugia) Hin – 2.44.3” (1.16.8”) 2. Grace De L’Isop (R. Gatt) 3. Mundus L.N. (B. Camilleri) 4. Gima Tege (C. Calleja)
VII Tiġrija. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Vertige De Chenu (C. Camilleri) Hin – 3.19.8” (1.15.7”) 2. Dartagnan Sisu (M. Fenech) 3. Gross Weight (N. Baldacchino) 4. Baron De Majuag (G. Grech)
VIII Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. Gringo Boko (C. Camilleri) Hin – 3.20.6” (1.16”) 2. Ami (N. Baldacchino) 3. Bellina De L’Odon (J. Gafa’) 4. Bajazet (M. Mizzi)