Sunday, October 26, 2025

Ħames snin ħabs fuq pornografija tat-tfal

Aqra wkoll

Anzjan ta’ 69 sena mill-Kroazja residenti San Pawl il-Baħar kien ikkundannat ħames snin priġunerija wara li fil-Qorti ammetta li kellu pornografija tat-tfal.

Mladen Terzic kien mixli li fil-25 ta’ Awwissu tal-2024 allegatament kellu materjal indiċenti fejn fih kienu jidhru tfal taħt id-disa’snin. Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Eman Hayman, spjegat li l-Pulizija arresta lill-imputat, hekk kif sar kuntatt lilhom miċ-Ċentru Nazzjonali għal Tfal Nieqsa jew Sfruttati fl-Istati Uniti. 

Ingħad li minn investigazzjoni li għamlet il-Pulizija, waslet għal l-indirizz minn fejn kien qed jitla’ l-materjal indiċeni, liema indirizz irriżulta li kien jgħix fih l-akkużat. 

Fil-Qorti, huwa wieġeb li mhuwiex ħati tal-akkużi miġjuba kontrih u baqa’ miżmum taħt arrest sakemm bidel il-verżjoni u ammetta b’rapport tal-probation officer juri li huwa wettaq l-għemil tiegħu għax ħassu waħdu.

Fis-sentenza tagħha, il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit qalet li rat ir-ritratti indiċenti li fihom jidhru tfal taħt l-età u qalet li tant huma diżgustanti li jinħtieġ kastig.

Kien għalhekk li kkundannat akkużat ħames snin priġunerija flimkien ma’ ordni ta’ trattament għal perjodu ta’ ħames snin ukoll. Il-Maġistrat Stafrace Zammit ordnat li isem l-akkużat jintiżżel fir-reġistru ta’ dawk li jinstabu ħatja ta’ abbużi relatati mat-tfal.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport