Friday, October 25, 2024

Ħames snin mill-mewt ta’ Hugo Chetcuti

Aqra wkoll

Bħal-lum ħames snin miet Hugo Chetcuti. Il-każ imur lura għas-7 ta’ Lulju tal-2018, meta għal ħabta tal-10:30 p.m fi Triq Santa Rita kantuniera ma’ Triq San Ġorġ, Hugo qala’ mill-inqas 2 daqqiet ta’ sikkina fl-istonku mingħand Serb.

Dak il-ħin Hugo Chetcuti kien fl-istabbilment ġdid tiegħu li jinsab ftit ‘l isfel mill-kumpless tas-cinema. F’mument minnhom daħal Serb li mar dritt fuq Chetcuti u tah daqqiet b’sikkina li kellu f’idu. Ftit aktar minn 12-il siegħa mill-attentat tiegħu, l-aggressur Bojan Cmelik mis-Serbja tressaq il-Qorti akkużat fost oħrajn bl-attentat ta’ qtil ta’ Chetcuti.

Quddiem il-Maġistrat Neville Camilleri, huwa ġie akkużat li daħal fl-stabbiliment ġdid ta’ Hugo Chetcuti – ‘Seafood and Cocktail’, fi Triq Santa Rita f’Paceville u pprova joqtol lil Chetcuti ta’ 52 sena, b’żewġ daqqiet ta’ sikkina fl-istonku tiegħu. Bojan Cmelik ġie mixli wkoll li m’obdiex l-istruzzjonijiet tal-Pulizija, li ħebb għall-pulizija u rreżista l-arrest u li ġarr sikkina.

Ftit tal-jiem wara li Chetcuti qala daqqiet ta’ sikkina, ġie operat b’urġenza wara li l-kundizzjoni tiegħu qalbet għall-agħar. Eventwalment ġurnata biss wara l-operazzjoni, Hugo tilef ħajtu. Bojn Cmelik, is-Serb li ġie mixli bil-qtil ta’ Hugo Chetcuti, ġie kkundannat għomru l-ħabs wara li f’ġuri nstab ħati li f’Lulju tal-2018 qatel lin-negozjant.

Sport