Ħames timijiet għandhom punti massimi minn żewġ logħbiet hekk kif intlagħbet it-tieni ġurnata ta’ logħob tal Maltese Cross Futsal Cup.
Fil-fatt, Swieqi United, Marsaskala, University of Malta, Ħamrun u St Andrew’s kisbu t-tieni rebħa konsekuttiva fit-tieni ħarġa tagħhom.
L-ikbar rebħa kisbuha Swieqi United li għelbu lil Malta Matadors 22-0. Mill-istess grupp, Marsaskala kisbu rebħa ta’ 4-2 kontra LiverMalt filwaqt li University of Malta għelbu lil Col Magic 5-2.
Minn grupp B, Ħamrun u St Andrew’s kellhom rebħiet tajba fuq Santa Margherita (6-2) u Blackbulls (14-3) rispettivament.
Mill-banda l-oħra, Gżira kisbu l-ewwel tliet punti tal-kompetizzjoni wara skor ta’ 3-2 kontra AFC Super.
KLASSIFIKA – SEZZJONI A
Swieqi United, Marsaskala, University of Malta 6, Matadors, LiverMalt, Col Magic 0
KLASSIFIKA – SEZZJONI B
Ħamrun, St Andrew’s 6, Santa Margherita, Gżira Utd SC 3, Blackbulls, AFC Super 0