Saturday, December 14, 2024

Ħamest irġiel arrestati b’rabta ma’ traffikar u pussess ta’ droga f’Għawdex

Aqra wkoll

Ħamest irġiel ġew arrestati mill-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga b’rabta ma’ investigazzjonijiet dwar traffikar u pussess ta’ droga f’Għawdex.

Wara jiem ta’ osservazzjoni f’diversi postijiet, il-Pulizija għamlu tfittxijiet fi stabbiliment f’Għajnsielem u fil-pussess ta’ tlitt irġiel ta’ 59, 30 u 22 sena nstabet sustanza suspettat kokaina.

Tfittxijiet oħra saru fix-Xagħra, fejn il-Pulizija bdiet issegwi vettura li fiha kien hemm żewġt irġiel ta’ 20 u 21 sena. Wara li twaqqfu, saret tfittxija u fil-pussess tagħhom instabet sustanza suspettata kannabis lesta għat-traffikar.

L-irġiel ittieħdu fil-lock-up tal-Pulizija fil-Furjana fejn qegħdin jinżammu għal aktar stħarriġ u mistennija jitressqu l-Qorti fil-jiem li ġejjin.

Il-Maġistrat tal-Għassa Bridgette Sultana ġiet infurmata u ħatret inkjesta filwaqt li l-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet.

Ekonomija

Sport