Wednesday, November 27, 2024

“Ħamrija mxarrba b’demm onest u innoċenti li minnha nibtet tama għal Malta”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

“L-isplużjoni bidlet il-kors tal-istorja politika ta’ pajjiżna. Ma venvnitx biss f’pajjiżna, imma mal-erbat irjieħ tad-dinja. F’dak il-ballun nhar, f’dik il-ħamrija mxarrba bid-demm onest u innoċenti ta’ ġurnalista li kienet qiegħda tikxef u kienet se tkompli tikxef il-korruzzjoni, nibtet tama  għal Malta aħjar, karba għall-verità u sejħa għall-ġustizzja”. Qal dan id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi f’seduta Parlamentari waqt it-tieni qari tal-abbozz ta’ liġi li jemenda diversi liġijiet biex jimplimenta konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet ewlenin tal-Bord tal-Inkjesta Pubblika dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

Azzopardi qal li l-gvern baqa’ ma għamel xejn biex jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet tal-bord tal-inkjesta u kien għalhekk li l-Kap tal-Oppożizzjoni ta’ direttiva biex jitfassal dan l-abbozz ta’ liġi biex dak li seħħ ma jerġax jiġri.

“Is-soċjetà għandha bżonn fejqan pero jeħtieġ li jkollna l-verità sħiħa”, kompla Azzopardi filwaqt li appella għal dibattitu onest.

Sport