Tuesday, May 6, 2025

Ħamrun 147 A fl-ewwel post tal-kampjonat nazzjonali tal-Blackball

Aqra wkoll

Ħamrun 147 A jinsabu fl-ewwel post tal-klassifika tal-kampjonat nazzjonali tal-Blackball hekk kif rebħu l-aħħar logħba tagħhom kontra Ħamrun 147 C 11-6. Mill-banda l-oħra, it-tim C tal-istess klabb kellhom rebħa ta’ 11-0 kontra San Ġwann Boċċi Club.

Cospicua Rangers jinsabu fit-tieni post hekk kif għelbu lil Jojo’s Birżebbuġa 11-3.

Fil-kampjonat reġjonali, il-leaders huma Qormi Anici Boys li ġew fi draw ta’ 10-10 kontra Cospicua Rangers B. San Ġwann Tiki Taka B u Qormi Anici Stars kisbu rebħiet ta’ 11-1 u 11-0 kontra Birkirkara Boċċi u Birkirkara Juve rispettivament.

Anke San Ġwann Tiki Taka A u Qormi Pinto kisbu tliet punti importanti wara rebħiet kontra Qormi Anici Stars (11-2) u Qormi Anici Lions (11-7) rispettivament.

F’sezzjoni A tal-Community League, kien hemm logħba bilanċjata ta’ 10-10 bejn Qormi Anici Cappadocia u Selmun Sports Club B.

Tliet punti tajbin kisbuhom PL Floriana, PL Balzan u San Ġwann Tiki Taka C wara rebħiet kontra Siġġiewi Montekristo (11-9), Żebbuġ St Joseph (11-3) u Attard Scorpions (11-2) rispettivament.

F’sezzjoni B, Cospicua Rangers B u Qormi Anici Boys spiċċaw fi draw ta’ 10-10.

San Ġwann Tiki Taka B kisbu rebħa faċli ta’ 11-1 kontra Birkirkara Boċċi filwaqt li t-tim A tal-istess klabb għelbu lil Qormi Anici Stars 11-2.

F’aktar riżultati, Qormi Pinto kisbu rebħa ta’ 11-7 kontra Qormi Anici Lions filwaqt li Qormi Anici Stars kisbu skor ta’ 11-0 kontra Birkirkara Juve.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport