Saturday, October 26, 2024

Ħamrun 147 A fl-ewwel post tan-National League

Aqra wkoll

Ħamrun 147 A telgħu fl-ewwel post tan-National Blackball League wara li rebħu żewġ partiti importanti matul din il-ġimgħa.

L-ewwel tim ta’ Ħamrun 147 rebħu darbtejn kontra Każin Pinto Qormi A u 11-0 u 11-4 sabiex qabżu lit-tieni tim tagħhom Ħamrun 147 B li min-naħa tagħhom tilfu 11-5 lil Cospicua Rangers.

Sadanittant, Valletta Breakwater qed jaqsmu t-tieni post wara li ddominaw il-konfront kontra Jojo’s Birżebbuġa A 11-0.

Fir-Regional League, Mosta St Mary’s A telgħu fl-ewwel post wara li kisbu żewġ rebħiet konsekuttivi kontra Ħamrun 147 C 11-6 u Birkirkara Duke’s A 11-8.

Birkirkara Youngsters issa jinsabu fit-tieni post u matul din il-ġimgħa batew sabiex għelbu l-isfida denja li tawhom Selmun Bar A 11-9.

Każin Pinto Qormi B kisbu żewġ rebħiet importanti li tellgħuhom aktar ‘il fuq fil-klassifika wara skors ta’ 11-4 kontra Birkirkara Boċċi u 11-0 kontra Juve Birkirkara A.

San Ġwann Nick’s A rebħu d-derby kontra San Ġwann White Hart 11-8 f’logħba ferm interessanti.

Fi grupp A tal-Community League, għandna żewġ leaders li huma Valletta Fossa Boys u Juve Birkirkara B.

Il-Beltin kienu l-aħjar li marru matul din il-ġimgħa għax barra li rebħu 11-8 lil Birkirkara Duke’s B, rebħu wkoll il-konfront dirett kontra Juve Birkirkara B 11-2. Dawn tal-aħħar kienu rebħu lil Mosta St Mary B 11-7 sabiex iżommu t-tamiet tagħhom għall-unuri.

Min-naħa l-oħra, Domus Kids Żejtun u Selmun Bar C iddominaw il-konfronti rispettivi tagħhom tant li rebħu 11-0 kontra Jojo’s Birżebbuġa B.

Mosta St Mary’s B jinsabu f’żoni aħjar fil-klassifika wara li għelbu lil PL Balzan A 11-2.

Finalment fi grupp B tal-Community League, Ħamrun 147 D rebħu l-konfront dirett tagħhom kontra PL Balzan B 11-7 sabiex telgħu jaqsmu l-ewwel post magħhom b’27 punt fil-klassifika.

Aktar qabel, il-Balzanin rebħu 11-1 lil San Ġwann Nick’s B u l-Ħamruniżi kisbu rebħa tajba ta’ 11-9 kontra Mosta St Mary’s C.

F’aktar riżultati, Taċ-Ċaċċu Qormi għelbu lil PN Mġarr 11-9, Mosta St Mary’s C iddominaw 11-0 lil Di Santos Qormi li min-naħa tagħhom tilfu bl-istess skor kontra l-istess Qriema.

PN Mġarr pattew tat-telfa li kellhom fil-bidu tal-ġimgħa hekk kif għelbu lil Selmun Bar B 11-6.

KLASSIFIKA – NATIONAL LEAGUE 

Ħamrun 147 A 22, Ħamrun 147 B, Valletta Breakwater 18, Cospicua Rangers 16, Jojo’s Birżebbuġa A 3, Każin Pinto A 0 


KLASSIFIKA – REGIONAL LEAGUE: 

Mosta St Mary’s A 41,Birkirkara Youngsters 40, Birkirkara Duke’s A 35, San Ġwann Nick’s A 34, Ħamrun 147 C 26,  Birkirkara Boċċi 24, Selmun Bar A 22, Każin Pinto Qormi B 19, San Ġwann White Hart 6, Juve Birkirkara A 3. 


KLASSIFIKA – COMMUNITY LEAGUE – Grupp A 

Valletta Fossa Boys, Juve Birkirkara B 28, Birkirkara Duke’s B 21,Domus Kids Żejtun 19, Jojo’s Birżebbuġa B 18, Mosta St Mary’s B 12, SelmunBar C 10, PL Balzan 3 

KLASSIFIKA COMMUNITY LEAGUE – Grupp B 

PL Balzan B, Ħamrun 147 D 27, Selmun Bar B 19, Mosta St Mary’s C 16, Taċ-Ċaċċu Qormi, PN Mġarr 15, San Ġwann Nick’s B 11, Di Santos Qormi 9,

Sport