Thursday, June 5, 2025

Ħamrun 147 A jirbħu ċ-Cisk Premier League tal-Blackball

Aqra wkoll

Ħamrun 147 A rebħu ċ-Cisk Premier League tal-Blackball wara li f’finali ferm interessanti, huma għelbu lil Cospicua Rangers 11-8.

Kif mistenni kienet finali fejn il-vantaġġ beda jalterna minn tim għal ieħor, Wara li Ħamrun rebħu l-ewwel frame, kien hemm ir-reazzjoni tal-Bormliżi li dawru l-iskor favurihom u f’ħin minnhom kienu 7-5 minn fuq. Minkejja kollox, il-Ħamruniżi ħarġu konċentrati fl-aħħar parti tal-logħba u rnexxielhom jirbħu l-konfront wara li Philip Coleiro daħħal il-boċċa rebbieħa.

Ħamrun kienu magħmula minn Clayton Castaldi, Gary Carr, Stephen Mangion, Dejan Grech, Leon Camilleri u Philip Coleiro filwaqt li Cospicua Rangers kellhom lil Johan Attard, Ryan Pisani, Clayton Attard, Clint Grima u Kevin Schembri.

Il-PRO tal-Malta Blackball Association Michel Curmi ippreżenta t-tazza lill-captain ta’ Ħamrun 147 A Clayton Castaldi.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport