Saturday, October 12, 2024

Ħamrun 147 A jirbħu n-National KO tal-Blackball

Aqra wkoll

Ħamrun 147 A huma r-rebbieħa tan-National Knock-Out organizzat mill-Malta Blackball Federation meta f’finali ferm bilanċjata għelbu lil Jojo’s Birżebbuġa 11-9.

Iż-żewġ naħat, li kellhom numru ta’ plejers ta’ kalibru fi ħdanhom, bdew jalternaw il-vantaġġ bil-logħba li lejn l-aħħar kienet fi draw ta’ 9-9. Kien fl-aħħar żewġ frames li l-Ħamruniżi ħadu l-vantaġġ mixtieq sabiex setgħu jiċċelebraw l-ewwel suċċess tagħhom matul dan l-istaġun.

Fi tmiem il-konfront, il-president tal-Malta Blackball Federation Philip Gatt ippreżenta t-tazza lill-plejer ta’ Ħamrun 147 A Dejan Grech.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport