Friday, September 6, 2024

Ħamrun 147 A jirbħu r-Regional Christmas Cup

Aqra wkoll

Ħamrun 147 C rebħu r-Regional Christmas Cup meta f’finali mill-isbaħ u inċerta sal-aħħar għelbu lil Valletta Fossa Boys 13-12.

Ħamrun bnew vantaġġ ta’ 5-0 wara l-ewwel sessjoni għalkemm fit-tieni parti tal-logħba, il-Beltin naqqsu l-marġni tal-iskor speċjalment waqt li l-iskor kien 6-4.

Id-determinazzjoni ta’ Valletta Fossa Boys għenithom sabiex qalbu l-iskor għal 10-7 fejn saħansitra kien jonqoshom frame wieħed sabiex jirbħu l-logħba. Minkejja kollox, il-Ħamruniżi qatt ma ramew ix-xugaman u ġabu d-draw drammatiku ta’ 10-10 sabiex kellha tinfetaħ il-ħames sessjoni li kellha tiddeċiedi r-rebbieħ.

Anke hawn il-konfront baqa’ bilanċjat fejn bl-iskor 12-12, kellu jkun il-plejer żagħżugħ Nordai Desira li ta l-aħħar frame lil Ħamrun 147 C li b’hekk setgħu jiċċelebraw dan is-suċċess.

Fi tmiem il-konfront, il-president tal-Malta Blackball Federation ippreżenta t-tazza lill-captain ta’ Ħamrun 147 C Jake Castaldi.

Sadanittant, illejla se tintlagħab il-finali tant mistennija min-National Christmas Cup bejn Cospicua Rangers u Ħamrun 147 A.

Ekonomija

Sport