Friday, March 20, 2026

Ħamrun 147 iwettqu tripletta ta’ suċċessi fil-Blackball

Aqra wkoll

Ħamrun 147 għamlu tripletta ta’ suċċessi fil-kompetizzjonijiet tal-Għid tal-Blackball meta rebħu n-National Easter Trophy hekk kif għelbu lil Cospicua Rangers 13-11.

Dan kien it-tielet suċċess li kiseb dan it-tim hekk kif aktar qabel it-tim B rebaħ ir-Regional Easter Trophy filwaqt li t-tim D ġie inkurunat champions tal-Community Easter Trophy.

Din kienet logħba bejn l-aqwa żewġ timijiet tal-Blackball fil-pajjiż. Cospicua Rangers bdew tajjeb hekk kif stabilixxew vantaġġ ta’ 5-1 iżda l-Ħamruniżi għamlu l-qalb u qabel l-intervall ġabu l-iskor għal 5-5. Minn hemm il-vantaġġ beda jalterna minn tim għall-ieħor u bl-iskor 10-10, kellhom jintlagħbu aktar sessjonijiet sabiex jiġi dikjarat ir-rebbieħ. Kien hawn li Ħamrun rebħu l-frames deċiżivi sabiex eventwalment rebħu l-logħba.

Ir-referee kien Ephraim Calleja.

Ħamrun 147 kellhom lil Leon Azzopardi, Dejan Grech, Owen Amato, Philip Coleiro, Stephen Mangion bil-kowċ li kien Clayton Castaldi.

Mill-banda l-oħra, Johan Attard (kowċ), Clint Grima, Kevin Schembri, Clayton Attard, Ryan Pisani, Warren Falzon, Wayne Pace, Miguel Amato, Scott Muscat u Gary Carr kienu jiffurmaw Cospicua Rangers.

Kien hemm ferħ mistħoqq mill-plejers, diriġenti u partitarji ta’ Ħamrun li laħqu l-qofol tagħhom mal-preżentazzjoni tat-tazza lill-captain Clayton Castaldi minn rappreżentant tal-Malta Blackball Federation.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport