Monday, November 18, 2024

Ħamrun Amateurs b’kampanja favur il-prevenzjoni mill-injuries

Aqra wkoll

It-Tim ta’ FC Ħamrun Amateurs flimkien mal-Orthopaedic Centre Malta qed joħolqu kampanja ta’ għarfien bl-isem ta’ “Prevenzjoni ta’ Problemi Posturali fid-Dinja tal-Isports”.

Sfortunatament f’dinja tal-isports b’mod speċjali l-football hafna mill-plajers ikollhom injuries li b’aktar għarfien jistgħu jiġu evitati. Hawn il-Malta hafna mill-lobiet li jsiru jintlabtlu fuq haxix artifiċjali minkejja li hija iniztjaiva tajba però jinholoq riskju li ta injuries bla bżonn.

Matul il-jum ta’ nhar it-Tlieta 18 ta Ottubru ġewwa l-Victor Tedesco Stadium, il-plejers Ħamruniżi għamlu Screening Baropodometriku Kompjuterizzat u L-Ortopediku se jelabora u jiggwida lill-plejer jekk jeħtieġ li jkollu suletti ortopediċi maħdumin apposta għal prestazzjoni aħjar u aktar sigura.

FC Ħamrun Amateurs huwa t-tim mill-assoċjazzjoni tal-Malta Amateur Football Association magħrufa bħala MAFA u dan l-istaġun huwa l-ewwel wieħed fl-istorja u qed jaghmel id-debutt fil-Kampjonat tat-tielet diviżjoni.

Orthopedic Centre Malta hija Kumpanija affidabbli u ewlenija li tiżviluppa u tipprovdi għajnuniet, sapports, apparat mediku għal ambulazzjoni sigura ta’ pazjenti ortopediċi. Għandha seba’ Laboratorji Ortopediċi bejn l-Italja u Malta. Huma diġà jikkollaboraw ma’ Sptarijiet, NGOs, Djar tal-Anzjani, ċentri tal-Isport (fosthom FC Ħamrun Amateurs), Kliniki, tobba, u b’mod ġenerali mad-“dinja” tal-kura tas-saħħa.

Ekonomija

Sport