Il-Komunità Sportiva Football-Club Ħamrun Amateurs ġiet rikonoxxuta uffiċjalment mill-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji.

L-isem ta’ Ħamrun Amateurs huwa magħruf l-aktar għat-tim tal-futbol tal-irġiel tiegħu li jilagħbu fil-Kampjonat tat-Tielet Diviżjoni, tal-Malta Amateur Football Association. Fil- mument il-Kampjonat jinsab fl-aħħar fażi tal-istaġun u jinsabu fil-ħames post fil-klassifika b’12-il punt miksuba.

L-idea li jitwaqqaf dan it-tim saret minn żewġt aħwa Jürgen & Kurt Buhagiar u ftit xhur wara ngħaqad mal-proġett Ramon Vella. Flimkien bdew ifasslu ideat għat-tim il-ġdid tal-futbol tad-dilettanti. It-Tim twaqqaf uffiċċjalment fl-1 ta Lulju 2022.

Hekk kif inkiseb dan ic-certifikat Il-Komunità Sportiva tista’ tħares ‘il quddiem biex taħdem b’mod aktar effiċjenti filwaqt li tippermetti lilha nnifisha għal proġetti ġodda fil-futur.