Tuesday, July 29, 2025

Hamrun S. eliminati miċ-Champions League … ikomplu l-avventura Ewropea fl-Europa League

Aqra wkoll

Dinamo Kiev…………..3

Hamrun Spartans……0

(Aggregate: Dinamo Kiev 6-0)

Kien jeħtieġ biss miraklu biex Hamrun jirrimontaw minn distakk ta’ tliet goals wara telfa ta’ 3-0 kontra Dinamo Kiev matul il-ġimgħa li għaddiet f’pajjiżna. U dan kif mistenni ma seħħx hekk kif il-ġganti Ukreni irriżultaw bħala wisq b’saħħithom għall-Ispartans u għelbuhom bl-iskor identiku għal dak tal-ewwel leg, jiġifieri ta’ 3-0, biex b’hekk kisbu l-passaġġ għat-tielet round tal-fażi ta’ kwalifikazzjonii tal-UEFA Champions League b’aggregate score ta’ 6-0.

Madankollu, l-avventura ta’ Hamrun fl-Ewropa ma ntemmitx hawn, hekk kif issa huma se jkunu qed jilagħbu fit-tielet round tal-fażi ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Europa League, fejn se jkunu qed jaffrontaw lit-telliefa tal-konfront tal-lum bejn Maccabi Tel Aviv tal-Iżrael u Pafos ta’ Ċipru.

Il-partita ntlagħbet fil-ground newtrali ta’ Lublin Arena, fil-belt ta’ Lublin, fil-Polonja.

Fl-10 minuta, Dinamo Kiev ħasbu li fetħu l-iskor meta minn azzjoni ta’ corner,  Kristian Bilovar tħalla waħdu u minn taħt il-lasti xeħet fix-xibka bir-ras.

Iżda l-goal ġie mħassar minħabba li l-istess Bilovar ġie ġġudikat li mess il-ballun b’idu qabel l-eżekuzzjoni tal-goal.

Iżda, fit-28 minuta, huma ma kellhomx jiġu mċaħħda meta VLADYSLAV VANAT, approfitta minn żball banali  bejn il-goalkeeper, Henry Bonello u d-difensur Vincenzo Polito, u permezz ta’ xutt fil-baxx mill-viċin ma ħafirx.

Huma komplew jiddomi­naw u fil-35 minuta, irduppjaw  meta f’azzjoni veloċi Mykola Shaparenko ssupera lil Polito, xeħet cross fil-baxx li sab lil VOLODOYMYR BRAZHKO li mattar siequ u minn taħt il-lasta bil-kalma kollha tefa’ fix-xibka. 

Żewġ minuti biss wara, l-Ukreni kellhom f’saqajhom it-tielet goal meta Mykola Shaparenko għadda tajjeb lejn Vanat li iżda mill-viċin sab lil Bonello attent. 

Huma komplew jikkontrollaw għal kollox lill-avversarji tagħhom u fit-43 minuta Jovan Cadjenovic għadda pass lura li kien erratiku għal kollox, bil-ballun jintemm għand Vanat li iżda għamel l-impossibli u minn pożizzjoni ferm ideali falla l-mira.

Bil-kwalifikazzjoni aċċertata, l-Ukreni naqqsu r-ritmu fit-tieni taqsima iżda xorta waħda kienu tajbin biżżej­jed biex jissiġillaw ir-rebħa.

Fis-70 minuta, l-Ispartans  ħolqu l-ewwel periklu meta Rafael Compri xeħet cross preċiż lejn Polito li laħaq qabel is-sostitut Emer­son Marcelina iżda kellu d-daqqa ta’ ras tiegħu wisq ċentrali.

Fit-78 minuta, is-sostitut Ederson ittanta xortih per­mezz ta’ xutt b’saħħtu mid- distanza li iżda ntemm ftit għoli.

Fit-82 minuta, komplew ikabbru l-vantaġġ meta TARAS MYKHAVKO kellu l-libertá li jdur u jsib l-ispazju u xutt imkaxkar minn pożizzjoni angolata xeħet fix- xibka.

DINAMO K.: 35-Ruslan Neshcheret, 20-Oleksandr Karavayev (18-Oleksandr Tymchyk 73), 40-Kristian Bilovar, 32-Taras Mykhavko, 2-Kostyantyn Vivcharenko, 10-Mykola Shaparenko, 6-Volodoymyr Brazhko, 8-Oleksandr Pikhalonok (5-Oleksandr Yatsyk 73), 22-Vladislav Kabaiev (21-Vladylsav Supryaga 46), 11-Vladislav Vanat (99-Matvii Ponomarenko 46), 9-Nazar Voloshyn (45-Maksym Bragaru 81)   – Coach: Oleksandr Shovkovskyi

HAMRUN S.: 1-Henry Bonello, 2-Rafael Compri, 27-Ognjen Bjelicic, 13-Vincenzo Polito, 94-Ryan Camenzuli (3-Nikolai Micallef 46), 10-Joseph Essien Mbong (9-Serigne Thioune 87), 20-Jovan Cadjenovic, 8-Matias Nicolas Garcia (25-Ederson 46), 28-Redon Mihana (91-Emerson Marcelina 46), 33-Domantas Simkus, 19-N’dri Koffi (45-Lougah Djile 71)  – Coach: Giacomo Modica

referee: Jakob Sundberg (Danimarka)

ASS. refereeS: Victor Skytte,  Jesper Dahl (Danimarka)

RABA’ UFF: Lasse Laebel Graagaard (Danimarka)

SKORERS:  V. Vanat 28, V. Brazhko 35, T. Mykhavko 82 (DK)

AMMONITI: K. Vivcharenko, O. Tymchyk (DK), V. Polito (H)

Artiklu preċedenti

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport