Sunday, December 22, 2024

Hamrun S. fil-finali tas-Summer Cup 2024

Aqra wkoll

HAMRUN S……………… 1

MARSAXLOKK………….. 1

(Hamrun S. 4-3 bil-pens)

It-Tlieta bdiet tintlagħab il-Pre-Season Summer Cup 2024, organizzata mill-Malta Football Association,  bejn l-erba’ timi­jiet li ħadu sehem f’kompetizzjonijiet Ewropej matul dan is-sajf jiġifieri, Hamrun Spartans, Floriana, Sliema Wanderers u Marsaxlokk.

F’kundizzjoni tas-sħana tremenda tas- sajf, fl-ewwel semi-finali, Hamrun Spartans għelbu lil Marsaxlokk bl-iskor ta’ 4-3 bl-għoti tal-penalties wara li temmew fi draw ta’ 1-1.

Kien NIKOLA RADEN li fetaħ l-iskor għax-Xlukkajri wara biss tliet minuti, bl-iskorer proliifiku Luke Montebello jġib l-iskor indaqs għall-Ispartans minn penalty fl-64 minuta.

L-iskor baqa’ ma nbdilx sa tmiem id-90 minuta, biex b’hekk il-partita marret direttament għall-penalties, fejn il-Ħamruniżi finalment joħorġu rebbieħa.

Għaldaqstant huma kisbu l-passaġġ għall-finali fejn se jaffrontaw lir-rebbieħa tal-konfront tal-lum bejn Sliema Wanderers u u Floriana.

Il-finali se tintlagħab nhar is-Sibt li ġej fl-Istadium Nazzjonali, bil-ħin tal-kick-off għad irid jiġi skedat.

Marsaxlokk: 95-Marko Drobnjak, 4-Karl Micallef, 9-Patrick Carvalho Nonato (24-Enmy Manuel Pena Beltre 65), 10-Yuri De Jesus Messias, 11-Duane Bonnici, 17-Jacob Walker (6-Nikolai Muscat 65), 19-Jose Ulises Arias, 22-Lucas Eamnuel Lopez Dessyoris, 23-Alex De Aguiar Gomes, 27-Leandro Aguirre, 28-Nikola Raden Coach: Winston Muscat

Hamrun S.: 98-Francisco Celio Da Paz Silva Filho, 3-Mattias Ellul, 4-Steve Borg, 7-Luke Montebello, 10-Joseph Essien Mbong, 12-Roko Prsa, 14-Elionay Freitas Da Silva, 17-Wendel Da Silva Barros, 28-Juan Carlos Corbalan (8-Talison Lui Barbosa 46), 33-Mayron, 99-Raphael Lopes Silva (19-Vitor Hugo Da Silva 58) Coach: Alessandro Zinnari

Referee: Fyodor Zammit

Ass. Referees: Shaun Calleja, David Castillo

Raba’ Uffiċjal: Vladimir Rizoski

Skorers: N. Raden 3 (M), L. Montebello 64 (H)

Ammoniti: Ħadd     

Ekonomija

Sport