Tuesday, September 24, 2024

Ħamrun S. iħallu għall-aħħar biex jegħlbu lil Balzan

Aqra wkoll

Hamrun S … 1

Balzan … 0

Hamrun Spartans ħallew għall-aħħar biex għelbu l-isfida ta’ Balzan bl-iskor minimu ta’ 1-0, bil-goal tant importanti għalihom jasal mis-sostitut Jonny fit-80 minuta.

Kienu Hamrun li ħolqu l-ewwel periklu fil-11-il minuta meta Ederson Bruno Domingos kellu xutt minn pożizzjoni ideali li ġie mblukkat minn difesnur avversarju.

Il-kumplament tal-partita kien wieħed ferm kwiet ikkaraterizzat minn ħafna logħob f’nofs il-ground fejn ma ġiet innutata l-ebda azzjoni denja ta’ nota.

L-azzjoni sussegwenti waslet fit-53 minuta u Hamrun kellhom ferħa bla temma meta l-Kroat Roko Prsa kellu xutt mill-viċin li ntemm ġewwa iżda r-referee Alex Johnson iġġudika li huwa kien ikkontrolla l-ballun b’idu u b’hekk dan il-goal tħassar ħesrem.

Huma komplew fuq l-offensiva u fis-76 minuta Elvis Mashike Sukisa indirizza cross preċiż fid-direzzjoni ta’ Luke Montebello li kellu t-tentattiv tiegħu minn daqqa ta’ ras mill-viċin jintemm barra.

Kulma jmur kompla d-dominju assolut tal-Ispartans u fit-80 minuta skorjaw il-goal tar-rebħa meta s-sostitut Luke Montebello xeħet cross li sab lis-sostitut JONNY li venven xutt b’saħħtu minn ġol-kaxxa li ma ta l-ebda ċans lill-goalkeeper ta’ Balzan, Jonathan Debono.

Balzan qalgħu daqqa ta’ ħarta meta fil-ħin miżjud spiċċaw jilagħbu b’10 players meta tkeċċa għalihom il-player Benjamin Hili wara li rċieva żewġ karti sofor fil-partita.

Hamrun S.: 1-Henry Bonello, 4-Steve Borg, 6-Matthew Guillaumier, 9-Elvis Sukisa Mashike, 10-Jorge Ailton Saores (17-Vinicius De Freitas Ribeiro 63), 12-Roko Prsa, 25-Ederson Bruno Domingos, 27-Ognjen Bjelicic (20-Matteo Fedele 77), 28-Juan Carlos Corbalan (98-Jonny 46), 91-Emerson Marcelina, 94-Ryan Camenzuli (7-Luke Montebello 63) Coach: Branko Nisevic

Balzan: 23-Jonathan Debono, 2-Ivan Bozovic, 4-Divar Duvan Torres Qijones, 5-Samir Arab, 8-Paul Fenech, 18-Uros Ljubomirac, 20-Suleiman Jalu (19-Milos Zlatkovic 62), 21-Alex Satariano (86-Bojan Kaljevic 70), 24-Nikola Braunovic (44-Adam Bradshaw 81), 27-Momcilo Raso, 33-Matheus de Sousa (11-Benajmin Hili 70) Coach: Oliver Spiteri

Referee: Alex Johnson

Ass. Referees: Luke Portelli, Vasil Vasilev

Raba’ Uffiċjal: Slobodan Petrovic

Skorers: Jonny 80 (H)

Tkeċċa: B. Hili 91 (B)

Ammoniti: E. Sukisa Mashike (H), D. D. Torres Quinones, N. Braunovic, M. De Sousa, B. Hili (2) (B)

Player tal-Logħba: Jonny (H)

Sport