Saturday, October 26, 2024

Hamrun S. immultai €28,250 mill-UEFA

Aqra wkoll

Il-Bord tal-Appell tal-UEFA ppubblika d-deċiżjonijiet wara l-inċidenti li seħħew fl-ewwel leg tal-ewwel round ta’ kwalifikaz­zjoni tal-UEFA Champions League bejn Hamrun Spartans u Maccabi Haifa li ntlagħab fil-11 ta’ Lulju, fis-Centenary Sta­dium.

Il-UEFA mmultat lil Hamrun Spartans is-somma ta’ €20,000 u ordnat l-għeluq parzjali tal-ground ta’ Hamrun Spartans, li għandu jikkonsisti mit-Tribuna Prinċipali kollha waqt il-partita li jmiss tal-kompetizzjoni tal-UEFA li jilagħbu bħala club ospitu, minħabba distorbju tal-folla. Madankollu l-għeluq parzjali tal-ground huwa sospiż għal perjodu ta’ prova ta’ sentejn, li jibda mid-data tad-deċiżjoni.

Il-UEFA mmultat ukoll €8,250 lil Hamrun Spartans talli mblukkaw passaġġi pubbliċi.

Sadanittant, il-UEFA ordnat l-infurzar tal-miżura dixxiplinarja sospiża imposta mill-Bord tal-Kontroll, Etika u Dixxiplinarju fid-deċiżjoni tagħha datata, 7 ta’ Diċem­bru, 2022 (jiġifieri, li tipprojbixxi lil Maccabi Haifa milli jbiegħu biljetti lill-partitarji barranin tagħha għall-partita ta’ kompetiz­zjoni tal-UEFA li jmiss, talli qabbdu logħob tan-nar u tfiegħ ta’ oġġetti), skond l-Artikolu tad-Dixxiplina 26(3) tar-Regolamenti Dixxiplinarji tal-UEFA.

Maccabi Haifa ġew immultati wkoll €30,000 u pprojbiti milli jbiegħu biljetti lill-partitarji tagħhom għal partita waħda addizzjonali tal-kompetizzjoni tal-UEFA, għal ħruq ta’ logħob tan-nar, tfiegħ ta’ oġġetti, atti ta’ ħsara u tfixkil tal-folla.

Maccabi ġew ukoll ordnati li fi żmien 30 ġurnata jikkuntattjaw lil Hamrun Spartans għas-soluzzjoni tad-danni kkawżati mill- partitarji tagħhom, jiġifieri, għal ħsara fil-ħaxix artifiċjali.

Sport