Balzan……………0
Hamrun S……….4
Hamrun Spartans komplew jiddominaw u għelbu lil Balzan bl-iskor kbir ta’ 4-0, f’partita li huma kienu diġá serrħu rashom mill-punti massimi sa tmiem l-ewwel taqsima, hekk kif diġá kienu tliet goals minn fuq.
L-Ispartans fetħu l-iskor fil-21 minuta permezz ta’ LUKE MONTEBELLO li kellu x-xutt tieghu minn pożizzjonai ideali jintemm fix-xibka, bil-ballun jaħbat mal-wieqfa qabel intemm ġewwa.
Man-nofsiegħa logħob, l-Ispartans irduppjaw l-iskor meta l-istess LUKE MONTEBELLO approfitta minn żball fid-difiża ta’ Balzan u waħdu quddiem il-goalkeeper ta’ Balzan, Jonathan Debono, tefa’ ġewwa.
Minuta biss wara, Hamrun għamluhom tlieta meta wara li rċieva minn cross ta’ Montebello mix-xellug, ELVIS MASHIKE SUKISA, mill-viċin tefa’ l-ballun wara Debono.
Balzan wieġbu ghall-ewwel darba fit-42 minuta u kienu sfortunati li ma naqqsux il-marġni tal-iskor meta xutt bid-dawra ta’ Angel Torres stampa mal-mimduda, bl-Ispartans jeħilsuha ħafif.
Kien biss fis-70 minuta li waslet l-azzjoni sussegwenti, b’Hamrun, jissiġillaw ir-rebħa permezz tar-raba’ goal meta BRUNO DOMINGOS EDERSON, approfitta minn żball fid-difiża ta’ Balzan, avvanza tajjeb fil-kaxxa u tefa’ ġewwa.
Huma komplew jamministraw il-vantaġġ komdu li kellhom sa tmiem il-partita.
Balzan: 23-Jonathan Debono, 2-Ivan Bozovic, 5-Samir Arab, 6-Marcus Grima (9-Gabriel Diego Farrugia 87), 8-Paul Fenech, 10-Angel Yesid Torres Quinones, 21-Alex Satariano (19-Nikola Zerjal 46), 24-Nikola Braunovic (7-Bogdan Mladenovic 46), 27-Momcilo Raso, 77-Aleksa Andrejic (33-Matheus de Sousa 46), 86-Bojan Kaljevic (22-Jake Grech 87) Coach: Oliver Spiteri
Hamrun S.: 1-Henry Bonello (29-Anthony Curmi 73), 7-Luke Montebello (10-Jorge Ailton Soares 63), 9-Elvis Mashike Sukisa, 12-Roko Prsa, 23-Karl Holmberg (8-Bjorn Buhagiar 78), 25-Bruno Domingos Ederson, 27-Ognjen Bjelicic, 28-Juan Carlos Corbalan (5-Sven Xerri 78), 63-Jonny, 91-Emerson Marcelina, 94-Ryan Camenzuli Coach: Branko Nisevic
Referee: Trustin Farrugia Cann
Ass. Referees: Luke Portelli, Kurt Saliba
Raba’ Uffiċjal: Darryl Agius
Skorers: L. Montebello 21, 30, E. Mashike Sukisa 40, E. B. Domingos 69 (H)
Ammoniti: I. Bozovic, P. Fenech (B)
Player tal-Logħba: Luke Montebello (H)