Valletta…………0
Hamrun S………1
Valletta: 26-Alessandro Guarnone, 3-Enzo Ruiz, 4-Jean Borg, 8-Triston Caruana (9-Andrea Zammit 73), 14-Christian Gauci (11-Oke Akpoveta 81), 18-Enmy Manuel Pena Beltre, 21-Bradley Seed Fewo, 22-Brandon Paiber, 28-Jean Marie Ngong Nnomo (10-Shaun Dimech 31), 66-Eslit Sala, 93-Kilian Bevis Coach: Thane Micallef
Hamrun S.: 1-Henry Bonello, 4-Steve Borg, 6-Matthew Guillaumier, 7-Luke Montebello (17-Vinicius De Feitas Ribeiro 73), 10-Jorge Ailton Saores (9-Elvis Mashike Sukisa 63), 12-Roko Prsa (3-Ederson Bruno Domingos 63), 27-Ognjen Bjelicic, 28-Juan Carlos Corbalan, 63-Jonny, 91-Emerson Marcelina, 94-Ryan Camenzuli Coach: Branko Nisevic
Referee: Ishmael Barbara
Ass. Referees: Luke Portelli, Duncan Spencer
Raba’ Uffiċjal: Philip Farrugia
Skorers: Dodo 21 (H)
Ammoniti: E. Mercelina (H)
Player tal-Logħba: Ryan Camenzuli (H)
Hamrun Spartans ikkonsolidaw posthom fil-quċċata tal-klassifika bi 18-il punt meta għelbu l-isfida tar-rivali antiki Valletta bl-iskor minimu ta’ 1-0, bil-goal tant importanti għalihom jasal minn Dodo fil-21 minuta. B’hekk, l-Ispartans ikkastigaw lill-Beltin għat-tielet telfa konekuttiva wara telfiet kontra Floriana u Birkirkara.
L-Ispartans fetħu l-iskor proprju fl-ewwel periklu li ħolqu fil-21 minuta meta Jonny xeħet cross fil-baxx li sab lil DODO li minn taħt il-lasta tefa’ ġewwa.
Valletta wieġbu erba’ minuti wara meta Eslit Sala spara xutt b’saħħtu minn ġol-kaxxa li iżda ntemm għoli.
Fil-31 minuta, il-coach ta’ Valletta Thane Micallef kien kostrett jaffettwa sostituzzjoni sfurzata hekk kif weġġa’ għalihom il-player Jean Marie Ngong Nnomo biex minfloku daħal jilgħab l-attakkant żagħżugħ Shaun Dimech.
Il-Beltin tilfu ċans tad-deheb li jġibu l-iskor indaqs fil-35 minuta meta Kilian Bevis kellu xutt fil-baxx li ħareġ l-aħjar tal-goalkeeper internazzjonali Malti, Henry Bonello, li dawaar f’corner bi bravura.
Fit-tieni taqsima, il-Beltin bdew jagħmlu minn kollox biex iġibu l-iskor indaqs u fid-69 minuta Brandon Paiber ittanta xortih permezz ta’ xutt fil-baxx mid-distanza li reġa’ sab lil Henry Bonello attent, hekk kif dawwar tajjeb f’corner.
Hamrun wieġbu fl-74 minuta meta Ryan Camenzuli xeħet cross pinġut lejn Jonny li kellu d-daqqa ta’ ras tiegħu mill-viċin tintemm ftit barra mil-lasti difiżi minn Hnery Bonello.
Huma komplew jippressaw u fis-86 minuta, is-sostitut Ederson Bruno Domingos indirizza freekick fid-direzzjoni tas-sostitut Elvis Mashsike Sukisa li kellu d-daqqa ta’ ras tiegħu minn pożizzjoni ferm ideali tintemm ftit barra.
Kulma jmur kompla d-dominju assolut tal-Ispartans u minuta biss wara, Vinicius De Freitas Ribeiro, kellu xutt minn barra l-kaxxa li ġie salvat parzalment mill-goalkeeper Taljan ta’ Valletta, Alessandro Guarnone, biex mir-rebound, Elvis Mashike Sukisa, tefa’ inkreddibilment barra.
Valletta wieġbu fit-78 minuta meta s-sostitut Oke Akpoveta, wara indeċiżjoni tal-captain tal-Ispartans, Steve Borg, ġie wiċċ imb’wiċċ ma’ Henry Bonello, iżda ra lil dan tal-aħħar isalva bi bravura.