Saturday, February 14, 2026

Hamrun S. miżmuma minn Zabbar SP fid-debutt ta’ Gilbert Agius bħala kowċ

Aqra wkoll

Hamrun S…………….0

Zabbar SP…………….0

Minn Cristian Muscat

Hamrun Spartans sfaw miżmuma fi draw diżappuntanti ta’ mingħajr goals minn Zabbar SP, u dan meta dawn tal-aħħar lagħbu għal kważi nofsiegħa sħiħa bi player inqas.

B’hekk Zabbar kisbu l-ewwel riżultat utli pożittiv wara xejn inqas minn ħames telfiet konsekuttivi fil-Kampjonat, u l-ewwel punt fil-Closing Round, u dan proprju fid-debutt tal-eks plejer leġġendarju ta’ Valletta u tat-tim nazzjonali, Gilbert Agius, bħala kowċ tagħhom.

Kienu Zabbar li ġolqu l-ewwel periklu fl-għaxar minuta meta Ayom Majok kellu x-xutt tiegħu minn tarf il-kaxxa jintemm ftit għoli. Hamrun wieġbu fit-22 minuta meta Shaisen Attard kellu x-xutt tiegħu minn tarf il-kaxxa jiġi salvat mill-goakeeper ta’ Zabbar, Issufe Djalo.

Fil-25 minuta Joseph Essien Mbong Ħamrun indirizza cross mix-xellug iżda Jurgen Pisani kien pront u tefa’ l-ballun f’corner. Mill-corner li rriżulta, Shaisen Attard kellu x-xutt b’saħħtu mill-viċin tiegħu, jiġi salvat tajjeb minn Djalo.

Fit-38 minuta Zabbar resqu viċin li jiftħu l-iskor meta Nicholas James Agius kellu t-tentattiv jintemm barra. Minuta biss wara, il-coach ta’ Hamrun Giacomo Kodica, kien kostrett jaffettwa sostituzzjoni sfurzata meta weġġa’ għalihom id-difesnur Taljan, Rafael Compri, biex minfloku daħal jilgħab is-sostitut Emerson Marcelina.

Fl-44 minuta Sven Xerri għal Hamrun tefa’ cross fil-baxx mill-lemin iżda d-difensur Scicluna kien attent u xeħet barra.

Mas-siegħa logħob, Hamrun resqu viċin li jitħu l-iskor meta Danilo Bulevardi mill-lemin għadda tajjeb lejn Jonny li iżda minn pożizzjoni ferm ideali naqas milli jikkonkludi.

Fl-64 minuta Zabbar qalgħu daqqa ta’ ħarta meta spiċċaw jilagħbu b’għaxar players meta tkeċċa għalihom permezz ta’ karta ħamra diretta, il-goalkeeper wara li ħareġ barra minn postu fit-tentattiv li jinterċetta kull periklu u waqqa’ lil Jonny barra l-kaxxa. Kawża ta’ dan, Zabbar kienu sfurzati jwettqu sostituzzjoni meta daħħlu lill-goalkeeper ta’ riserva, Ignacio Gonzalo Colombo, minflok Ayom Majok.

Hamrun bdew japprofittaw mill-fatt li bdew jilagħbu bi player iktar u fit-83 minuta kienu għoddhom għajtu l-għajta tal-goal meta Jonny kellu d-daqqa ta’ ras tegħu mill-viċin salvata bi bravura minn Colombo.

Fit-93 minuta xutt mill-viċin ta’ Jonny dejjem għall-Ispartans irriżulta bħala ċentrali u ġie salvat minn Colombo.

U wara xejn inqas minn 11-il minuta ta’ ħin miżjud, l-iskor baqa’ ma nbidilx sa tmiem il-partita, biż-żewġ timijiet jiksbu punt kull wieħed.

Hamrun S.: Henry Bonello, Rafael Compri (Emerson Marcelina 39), Sven Xerri, Matthew Guillaumier, Shaisen Attard, Matias Nicolas Garcia, Joseph Essien Mbong (Jonny 59), Vincenzo Polito, Blessing Eieke (Rick Serber 59), Danilo Bulevardi, Ivan Inzoudine (Ederson Bruno Domingos 79) Coach: Giacomo Modica

Zabbar SP: Manuel Djalo, Bruno Miguel Gomes (Im Youngwon 78), Pedro Cejas (Ryan Scicluna 78), Brian Ariel Gambqrte, Nicholas James Agius (Luis Rodrigues 63), Jake Micallef, Ayom Majok (Ignacio Gonzalo Colombo 66), Strahinja Jovancic, Zean Leonardi, Kean Scicluna, Jurgen Pisani Coach: Gilbert Agius

Referee: Ezekiel Barbara

Ass. Referees: James Muscat, Andrea Pavia Schiavone

Raba’ Uffiċjal: Vladimir Rizoski

Skorers: Ħadd

Tkeċċa: M. Djalo 64 (Z)

Ammoniti: S. Xerri, D. Bulevardi, M. N. Garcia (H), P. Cejas, I. G. Colombo (Z)

Player tal-Logħba: Strahinja Jovancic (Z)

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport