Saturday, November 9, 2024

Hamrun S. wisq b’saħħithom ghal Naxxar L.

Aqra wkoll

Naxxar L………………0

Hamrun S…………….4

Kif mistenni, Ħamrun Spartans irriżultaw bħala wisq b’saħħithom għal Naxxar Lions meta għelbuhom bl-iskor kbir ta’ 4-0, f’partita li huma ddominaw mill-bidu sat-tmiem.

Huma fethu l-iskor fl-10 minuta meta JONNY permezz ta’ xutt fil-baxx għeleb lill-goalkeper ta’ Naxxar Lions, Matthias Debono.

L-Ispartans komplew jiddominaw u man-nofsiegħa logħob, irduppjaw l-iskor meta minn azzjoni personali ta’ LUKE MONTEBELLO, dan qabeż difensur avversarju u fajjar xutt b’saħħtu, li ntemm fis-saqaf tax-xibka.

Kulma jmur kompla d-dominju tal-Ispartans u sitt minuti wara Matthias Debono rriżulta bħala l-eroj assolut għal Naxxar meta salva xutt b’saħħtu ta’ Montebello.

Naxxar wieġbu għall-ewwel darba permezz ta’ xutt minn barra l-kaxxa ta’ Carvalho li ġie salvat b’diffikultá f’corner mill-goalkeeper tal-Ispartans, Henry Bonello.

Hamrun skorjaw it-tieni goal fil-55 minuta meta UROS DURANOVIC b’eleganza qabbeż il-ballun  minn fuq Debono li kien ħiereġ barra minn postu biex jevita kull periklu.

Tliet minuti wara Ħamrun issiġllaw ir-rebħa permezz tar-raba’ goal meta LUKE MONTEBELLO wara li rċieva cross tajjeb, mill-viċin tefa’ ġewwa, biex b’hekk irreġistra doppjetta personali.

Fis-76 minuta xutt sabiħ ta’ Daren Falzon għal Naxxar ra lil Bonello jdawwar tajjeb f’corner.

Hamrun wieġbu fit-88 minuta permezz ta’ xutt tajjeb minn barra l-kaxxa ta’ Joseph Mbong li għadda għoli.

Naxxar L.: 1-Matthias Debono, 3-Nikolai Micallef, 8-Neil Pace Cocks (4-Ryan Mercieca 78), 9-Carvalho, 10-Edson Cerqueira Farias (22-Marcilio 69), 14-Ayrton Senna Azzopardi, 15-Ryan Gilmour Cassar, 18-Joel Ellul (23-Da Silva Maicon 60), 20-Da Conceaiaco Elizeu(11-Daren Falzon 69), 28-Giuseppe Bonanno (7-Mark Fenech 46), 33-Joao Vitor Moura Cardoso.

Hamrun S: 1-Henry Bonello, 4-Steve Borg, 7-Luke Montebello (30-Seth Paintsil 69), 10-Joseph Mbong, 12-Roko Prsa (94-Ryan Camenzuli 60),17-Yulian Nenov Rumenov, 23-Uros Duranovic, 27-Ognjen Bjelicic (14-Elionay Da Silva Freitas 60), 42-Nemanja Krstic, 91-Emerson Marcelina, 98-Jonny (25-Ederson 69)

Referee: Emanuel Grech

Ass. Referees: James Muscat, Max-Lee Muscat

Raba’ Uffiċjal: Darryl Agius

Skorers: Jonny 10, L. Montebello 30, 59, U. Duranovic 55 (H)

Ammoniti: N. Micallef (N). O. Bjelicic (H)

Player tal-Logħba: Luke Montebello (H)

Sport